Nwar

Prof. Toni AquilinaProf. Anthony Aquilina se jkun il-mistieden speċjali fil-programm tal-lum il-Ġimgħa, 9 ta’ Ottubru fuq Radju Malta 1, fis-7.00pm. Se jkun programm dedikat fuq l-arti tat-traduzzjoni.

Prof. Anthony Aquilina (Chevalier u Officier dans l’Ordre des Palmes Académiques) twieled Ħal Qormi fit-18 ta’ Frar 1954. Huwa studja fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir u l-Junior College tal-Belt Valletta. Ħa ċ-Ċertifikat ta’ Għalliem mill-Malta College of Education. Iggradwa B.A. (Hons) ill-Università ta’ Londra u kompla bl-istudji tiegħu fl-Università ta’ Poitiers fi Franza sa ma ġab id-Dottorat b’teżi fuq Albert Camus.

Lura Malta huwa mexxa d-Dipartiment tal-Franċiż fis-Sixth Form u l-Junior College għal erbatax-il sena sħaħ, u serva ta’ Language Area Coordinator bejn l-2002 u l-2007. Illum huwa Professur fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tal-Interpretar u tat-Terminoloġija fi ħdan il-Fakultà tal-Arti, tal-Università ta’ Malta.


Fir-riċerka tiegħu hu jiffoka l-aktar fuq l-Istudji tat-Traduzzjoni, l-Istorja tal-Edukazzjoni, il-Letteratura Franċiża u l-Frankofonija. Ippreżenta bosta studji f’konferenzi u kollokji internazzjonali u kien wieħed mill-kelliem ewlenin fuq “La mer au plus près / Il-Baħar fil-Arib” ta’ Albert Camus fit-Trentièmes Assises de la traduction littéraire Arles 2013. Awtur ta’ bosta kitbiet oriġinali u traduzzjonijiet mill-Franċiż, mit-Taljan u l-Ingliż għall-Malti, stampati f’kotba jew imxerrdin f’ġabriet kollettivi.

Rebbieħ tliet snin wara xulxin tal-ewwel premju fil-konkors tat-traduzzjoni ta’ rumanzi u novelli imniedi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mill-2006 sa l-2008 u għal darb fl-2014. Fl-2014 ukoll, huwa rebaħ il-premju internazzjonali ‘Premio Ostana – Scritture in Lingua Madre – Categoria Traduzione’ għat-traduzzjoni tieghu bil-Malti ta’ En mer ta’ guy de Maupassant. Hu l-editur u koawtur ukoll ta’: Français-niveau intermédiaire, Théorie et pratique de la traduction littéraire français-maltais, tal-Glossarju Franċiż-Malti / Malti-Franċiż, kif ukoll tal-Glossarju Ġermaniż-Malti / Malti-Ġermaniż.

Huwa fuq kollox il-pijunier fil-qasam tat-traduzzjoni tas-sottotitli bil-Malti tal-films b’numru konsiderevoli maqlubin ma’ oħrajn, fosthom Les Choristes /Il-Koristi ta’ Christophe Barratier, Fight Club ta’ David Fincher u Le Havre ta’ Aki Kaurismäki. Fl-aħħar nett, Toni Aquilina huwa l-Editur Ġenerali tas-Sensiela Traduzzjonijiet tad-Dar tal-Pubblikazzjonijiet Faraxa.

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif anness. Din id-darba il-programm tliftu, għax kont marid. Nitlobkom maħfra u niżżikom ħajr minn qalbi.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s