Nwar: Ir-Raba’ Skeda

Sergio GrechL-Akkademja tal-Malti tissokta s-sehem tagħha fil-programm NWAR kull nhar ta’ Ġimgħa ma’ Susanne Mulvaney. Il-programm jinstema’ kull nhar ta’ Ġimgħa mis-7.00pm sat-7.45pm. Il-mistieden għall-ewwel programm fir-raba’ skeda se jkun Sergio Grech.

Ħjiel bijografiku: Sergio Grech twieled iż-Żejtun fl-1975.

Fis-sena 2004 ippubblika l-bijografija Patri Feliċjan Bilocca Ħajtu u Żminijietu 1914-1987. Fl-2010 ħareġ ir-rumanz Il-Lejl tal-Irġulija.

Tliet snin wara editja l-ktieb Duminku Mintoff Bejn Storja u Miti – Ġabra ta’ Kitbiet Dwaru fejn grupp ta’ ħassieba ta’ fehmiet differenti analizzaw dan il-politiku kumpless Malti. Fl-2013 ippubblika l-bijografija tat-Tabib Alexander Cachia Zammit.

Fir-rivista Il-Malti tas-sena 2007 ippubblika studju dwar manuskritt awtobijografiku u ineditu tal-Monsinjur Pietru Pawl Saydon.

Irriċerka f’diversi arkivji lokali u barranin. Xandar ta’ għadd kbir ta’ programmi b’xeħta kulturali. Fl-2014 editja l-ktieb Monsinjur Victor Grech Bejn Storja u Miti u In-Nisġa tal-indipendenza: Minn Rakkonti ta’ Victor Ragonesi.

Tista’ tisma’ l-programm minn hawn:

https://dl.dropboxusercontent.com/u/98863082/NWAR_2015-10-02%20Sergio%20Grechi.mp3

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Nwar: Ir-Raba’ Skeda

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif dwar NWAR. Sergio Grech hu ħabib personali tiegħi u bniedem b’moħħ miftuħ ħafna. Huwa u jien, naqblu ħafna u niddikjarah mhux biss b’kittieb validissimu imma raġel ġentlomissimu.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s