IN-NAFFAR li xtaq itir, ta’ Rita Saliba

In-Naffar li Xtaq Itir_Rita SalibaĠrajja qasira u ħelwa ta’ naffar li kellu żewġt iħbieb – Mina l-ġurdiena u Pizu l-għasfur tal-bejt. Darba minnhom jgħidilhom li xtaq itir biex ikun jista’ jara d-dinja u tawh parir li jkellem liż-żiffa. Iż-żiffa min-naħa tagħha tgħidlu li aħjar ikellem lill-buffura. X’jiġrilu fl-aħħar in-Naffar meta wara l-buffura jistenna lir-riefnu?

L-istorja tasal għand il-qarrejja żgħar tagħna (età 5-8) kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, kemm taqleb il-ktieb. Bejn iż-żewġ verżjonijiet issibu wkoll taqsima ta’ attività fejn il-qarrejja jistgħu jidħlu aktar fl-ispirtu tal-istorja: logħob bil-kliem u paġni għat-tpinġija!

Ktieb sofistikat b’qoxra iebsa, editjat minn Victor Fenech, u bi tpinġijiet mill-isbaħ ta’ Naomi Gatt. Pubblikazzjoni tal-Horizons.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to IN-NAFFAR li xtaq itir, ta’ Rita Saliba

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif dwar il-pubblikazzjoni tal-awtriċi Rita Saliba: In-Naffar li xtaq itir. Illum, fortunatament, it-tfal għandhom oċejan sħiħ ta’ kotba adattati għalihom bi stampi sbieħ u qoxra attraenti.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s