Frażarju Malti-Russu

Frazarju Malti-Russu_Yana Psaila

Ir-relazzjoni dejjem tikber bejn il-popli ta’ Malta u tar-Russja tagħmel parti mill-progress tal-lum il-ġurnata fl-oqsma soċjali, kulturali u ekonomiċi taż-żewġ pajjiżi. Qed jiżdied ukoll in-numru tal-Maltin li jixtiequ jikkomunikaw mal-ħbieb Russi bil-lingwa nattiva tagħhom hawn f’Malta jew waqt il-vjaġġ lejn il-pajjiżi li jitkellmu bl-ilsien Russu.

Meta Yana Psaila wrietni x-xogħol irfinut tagħha – il-Frażarju Malti-Russu, jien bqajt għalkollox imgħaġġeb bl-approċċ studjat li mxiet bih f’dan ix-xogħol. Apparti mill-kliem, il-frażijiet u l-espressjonijiet li jintużaw ħafna fil-ħajja ta’ kuljum, hawn wieħed isib il-preżentazzjoni ċara tal-alfabett Russu bil-kummenti, inklużi regoli grammatikali bażiċi, in-numri ordinali u kardinali, l-ismijiet tal-ġranet tal-ġimgħa u dawk tax-xhur kif ukoll glossarji tematiċi fl-aħħar ta’ xi taqsimiet li huma mibnijin skont il-prinċipju tematiku. L-approċċ imitattiv fil-pronunzja tal-kliem Russu mingħajr l-introduzzjoni tas-sinjali fonetiċi speċjali jagħmel dal-ktieb eħfef fl-użu tiegħu u jaqdi kull sitwazzjoni komunikattiva aħjar.

L-imħabba u d-dedikazzjoni ta’ Yana għal-lingwa Maltija tnisslu min-natura tal-professjoni tagħha bħala Lingwista-Lettriċi fit-Teorija u l-Metodoloġija tat-Tagħlim tal-Lingwi u l-kulturi barranin. Hija ggradwat  b’Maġisteru (M.A.), titkellem bil-Malti, bl-Ingliż kif ukoll bil-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Grieg.

Il-personalità ġentili u romantika tagħha hija espressa b’abbundanza fl-imħabba għall-kitba tal-poeżija kif wieħed jista’ jara fl-aħħar ta’ dan ix-xogħol maestuż,

il- Frażarju Malti-Russu.

Maurice J.Lubrano
(eks Ambaxxatur ta’ Malta f’Moska)

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Frażarju Malti-Russu

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif anness dwar il-Frażarju Malti-Russu miktub minn Yana Psaila. Żewġ ilsna, t’artijiet imbegħda minn xulxin, imma tant qrib fil-kenn poetiku-letterarju-storiku-esperjenzali.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s