AWTOSKATTI – versi u linji ta’ Tarċisju Zarb u Andrew Sciberras

Awtoskatti“Din il-ġabra ta’ kitbiet qiegħda tlaqqa’ flimkien żewġ kittieba maturi ferm fil-qasam letterarju tagħhom biex mhux biss jippreżentaw ix-xogħlijiet tagħhom bħala sforzi tal-istess epoka, imma wkoll biex bħallikieku juru kemm hemm xebh u differenzi naturali bejniethom – sħubija u kuntrast bejn il-ġeneri ppreferiti tagħhom, daqskemm bejn l-attitudni tipika tagħhom, dik li tmexxihom dejjem ‘il quddiem, anke meta ma hix imtellgħa direttament fil-wiċċ, kemm meta hija involuta ħafna emottivament, u kemm meta hija maqtugħa tant li tinħass ċinika, bierda.”
 
Prof. Oliver Friggieri

 
“Andrew Sciberras kif ukoll Tarċisju Zarb huma osservaturi attenti qatigħ li ma jibqgħux passivi, anzi jirreaġixxu bil-mod partikulari tagħhom, għal stimuli differenti, fosthom l-inġustizzja, l-apatija, il-bniedem li m’għadux dak li kien, il-poter manipulattiv, il-mass media u l-bqija. Dawk ta’ Sciberras huma versi b’ritmu li għandu mit-tsmir ta’ martell. Dawk ta’ Zarb imbagħad għandhom mir-ritmu ta’ min b’xi mod fehem x’toffri l-ħajja, bit-tajjeb u l-ħażin tagħha, u b’hekk sab bilanċ naturali li jesprimih b’ton ta’min jf ikun anke awtoironiku, jiċċajta u b’hekk jitmellaħ bih innifsu u bis-sistema li minnha jagħmel parti.”
 
Patrick Sammut
 
L-awturi jistednuk tniżżel il-ktieb sħiħ minn din il-ħolqa: https://dl.dropboxusercontent.com/u/98863082/AWTO%20SKATTI.pdf
Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to AWTOSKATTI – versi u linji ta’ Tarċisju Zarb u Andrew Sciberras

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif dwar AWSTOSKATTI, ktieb il-linji u l-versi ta’ Tarċisju Zarb u Andrew Sciberras u tal-ħolqa li permezz tagħha, nista’ ngawdih. Letteratura ta’ tiġdid tibqa’ ssaħħaħ ilsienna.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

  2. Olivia Borg says:

    Prosit lil Tarċisju Zarb u lil Andrew Sciberras ta’ dan ix-xogħol u grazzi lill-Akkademja li qed ixxerred letteratura kontemporanja fost il-membri tagħha u s-segwaċi ta’ dan is-sit elettroniku.

    Tislijiet,
    Olivia.

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s