Żewġ ilħna poetiċi ġodda

Bejn Tnejn Cover Final

Żewġ ilħna poetiċi ġodda qegħdin jingħaqdu hawn, bħallikieku fi dwett, biex jagħtu sura lill-ideali u lill-ansjetajiet tagħhom u tal-ġenerazzjoni li huma, kif juru minnufih, jagħmlu parti minnha, imma kritikament. Il-poeżiji ta’ Josef Borg u Carlston Grima, għalkemm differenti minn xulxin, jesprimu wkoll kunsens fuq għadd ta’ prinċipji li huma jħaddnu u fuq sitwazzjonijiet li huma jaraw madwarhom u jagħtu l-ġudizzju tagħhom dwarhom. Huma t-tnejn jinsabu mexjin fi triq li josservawha tajjeb, f’aspetti importanti tagħha, b’dehen u b’passjoni li l-poeżija tesprimi b’lealtà lejn il-kuxjenza.Lil Borg u lil Grima din l-għażla turihom bħala poeti żgħażagħ li jħossu diġà r-responsabbiltà tas-sejħa poetika: li mhux biss jaħsbu u jħossu, imma wkoll li jikkomunikaw dan kollu lill-oħrajn. Bejn l-istqarrija awtobijografika u l-kumment ġenerali, u bejn l-osservazzjoni ta’ kulma jfeġġ madwarhom u kulma jiġġarrab fid-dinja ġewwiena tagħhom: hemm huma jirnexxilhom jinsġu flimkien poeżiji li mhux biss huma twieqi mbexxqa fuq is-sensibbiltà tagħhom stess, imma huma wkoll stedina biex żgħażagħ oħrajn iħossu magħhom, u bħalhom jegħlbu l-apatija. Din hi sewwasew il-missjoni dejjiema tal-Poeżija, u sa minn kmieni Josef Borg u Carlston Grima qegħdin hawnhekk jaqduha tajjeb b’riflessjonijiet li għandhom jinteressaw lil bosta.

Prof. Oliver Friggieri

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Żewġ ilħna poetiċi ġodda

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif anness. B’poeti ġodda bħal Josef Borg u Carlston Grima, il-Ġnejna Maltija evidentement m’hix iddestinata għat-tmiem. Anzi, ġejjieni mill-isbaħ jidher fuq ix-xefaq.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s