Lejla għall-Qamar Kwinta

image

Nhar il-Ġimgħa li ġej (31 ta’ Lulju) fit-8:00pm se ssir Lejla ta’ divertiment fil-bitħa ewlenija tal-Campus tal-Università, fix-Xewkija, Għawdex. Lejla Għawdxija għall-Qamar Kwinta.

Jieħdu sehem bil-kant tagħhom: CorazónWalter Micallef u l-grupp Għawdxi ta’ Ruth Portelli. Se jinqraw ukoll versi sbieħ magħżulin għal lejla bħal din.

Aħrab ħarba sax-Xewkija ħalli flimkien naqsmu l-ħolm ta’ Lejla għall-Qamar Kwinta fil-frisk tal-Bitħa sabiħa tal-Campus. Il-post issibu malajr, għax qiegħed fuq il-lemin tiegħek f’nofs it-triq mill-Imġarr għar-Rabat (ara l-mappa mehmuża).

Id-dħul b’xejn. Imma jekk tixtieq tattendi, ċempel issa 23407900 jew iktbilna ugc@um.edu.mt biex tibbukkja.

Ħa ngħidlek, ta’ min!

ugc

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to Lejla għall-Qamar Kwinta

  1. Trevor Zahra says:

    Ħallikom mill-QAMAR KWINTA … għax jekk ma tiÄ¡ux għal TNEMMIS nurikom il-QAMAR FIL-BIR.

    Trev

    Like

  2. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif dwar il-Lejla għall-Qamar Kwinta li ser tittella’ Għawdex.

    Dik il-lejla, ser tkun imżejna bil-leħen folkloristiku ta’ Walter Micallef u l-leħen melliesi ta’ Corazon Mizzi. Ma nistax nattendi imma żgur ser tkun lejla ta’ suċċess.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s