Il-Kappillan ta’ Tours

file-page1Le Curé de Tours ta’ Honoré de Balzac tradott għall-Malti bl-isem ta’ Il-Kappillan ta’ Tours jagħmel parti mit-taqsima ta’ La Comédie humaine/Il-Kummiedja Umana ddedikata għall-istudju taċ-ċelebat. F’din it-taqsima jinsabu tliet xogħlijiet jiġifieri: (a) Le Curé de Tours/Il-Kappillan ta’ Tour (li ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1832 bl-isem Les célibataires/L-Għożżieba); (b) Pierrette (1840); u (ċ) La Rabouilleuse (1842). Dan hu t-tieni xogħol tradott għall-Malti ta’ novella twila mill-pinna ta’ Balzac wara li fl-2013 Paul Zahra ttraduċa u ppubblika La maison du chat-qui-pelote / Id-dar tal-Qattus bir-Rakketta f’Idu fis-sensiela Kollezzjoni Traduzzjonijiet Letterarji.

Kif jidher b’mod ċar mal-ewwel daqqa t’għajn lejn it-titlu inizjali ta’ Il-Kappillan ta’ Tours l-interess li wassal lil Balzac biex jikteb din in-novella twila kien dak li jitfa’ taħt il-lenti tiegħu ċ-ċelebat kemm dak ċivili (fejn hu jikkonċentra fuq xebba li sa tmiem ħajjitha tibqa’ għażba) kif ukoll dak ekkleżjastiku (fejn janalizza l-iżvilupp tal-personalità primarjament ta’ żewġ qassisin u l-effett li ċ-ċelebat iħalli fuqhom).

Din il-pubblikazzjoni fiha introduzzjoni minn Zahra segwita b’bijografija qasira ta’ Balzac. Il-ktieb fih 118-il paġna u ġew stampati biss 200 kopja. Dan hu t-tielet ktieb fis-sensiela Kollezzjoni Traduzzjonijiet Letterarji.

Kull min jixtieq jixtri kopja bi prezz imraħħas qabel ma jitqiegħed għall-bejgħ fil-ħwienet tal-kotba jista’ jikkuntattja lil Zahra f’dan l-email address classicu@live.be .

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Il-Kappillan ta’ Tours

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif dwar it-traduzzjoni ta’ Le Curé de Tours ta’ Honoré de Balzac li sar Il-Kappillan ta’ Tours minn Paul Zahra.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s