CLIFFORD JO ŻAHRA fil-programm NWAR illejla fuq Radju Malta 1 fis-6.45pm, 93.7FM u se jitkellem fuq Juann Mamo.

Clifford Jo ZahraClifford Jo Żahra (1992) iggradwa B.A. (Hons) PGCE (Melit) fil-Malti mill-Università ta’ Malta.

Huwa jgħallem il-Malti fil-livell sekondarju ġewwa l-Kulleġġ Savio. Huwa t-Teżorier tal-Għaqda tal-Malti – Università. Irriċerka l-lingwaġġ ta’ Juann Mamo kif użat kemm fir-rumanz tiegħu Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka u fin-novelli. Kien ukoll wieħed mill-kelliema ewlenin waqt il- Konferenza Juann Mamo: Nistgħu ma niktbux il-Veru? (2013) bl-intervent tiegħu jkun Juann Mamo: Lessikografu u Ħallieq.

Għandu xi kitbiet ippubblikati f’Leħen il-Malti (2013-2014) u n-novella Tlett Ijiem u Wieħed(2014) ġiet tradotta għall-Ingliż u ċ-Ċiniż bħala parti mill-proġett Ewropew Flash Europa 28 (http://flash-europa-28.org/malta/three-days-and-one). L-Ewwel pubblikazzjoni tiegħu hija Linji Sfużi (2014), ġabra ta’ stejjer u fotografija,

Żahra għandu għal qalbu ferm il-ħidma fost iż-żgħażagħ, tant li bejn l-2010 u l-2015 ta sehmu fil-Mini European Assembly, kompetizzjoni formattiva li trawwem liż-żgħażagħ fil-ħidma u fil-prinċipji Ewropej, bis-sehem tiegħu jkun it-taħriġ ta’ xi studenti fil-ħila tad-dibattitu.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to CLIFFORD JO ŻAHRA fil-programm NWAR illejla fuq Radju Malta 1 fis-6.45pm, 93.7FM u se jitkellem fuq Juann Mamo.

  1. Mario Griscti says:

    Nizzikom hajr tat-taghrif anness. Zghazagh bhal Clifford Jo Zahra, akkademikament imharrgin u mhejjija tajjeb tassew imisshom jinghataw qaghdiet fix-Xandir lokali forsi xi darba jinqatghu l-erezijiet li nisimghu kuljum.

    B’Imhabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s