Leanne Ellul fil-programm NWAR, il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju

Suġġett: L-Għaqda tal-Malti – Università

Leanne Ellul SMALLLeanne Ellul (1989-) tikteb l-iktar poeżija u proża. Bħalissa qed tirriċerka qasam tal-Lingwistika Maltija fil-livell ta’ MA. Fost l-oħrajn kitbietha dehru f’Sekwenzi ta’ Tluq u Leħen il-Malti, kif ukoll tikteb it-textbooks għall-primarja flimkien ma’ Clare Azzopardi. Rebħet l-ewwel post tal-Premju Francis Ebejer (2013) u l-konkors Rumanzi għaż-Żgħażagħ (2014); hija l-URP tal-Għaqda tal-Malti, u flimkien ma’ Kit Azzopardi tikkordina l-inizjattiva kulturali KUL.

L-Għaqda tal-Malti – Università mwaqqfa minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici fl-1931 hi għaqda studenteska li l-għan tagħha hu l-promozzjoni tal-Malti u l-oqsma kollha marbuta miegħu mal-istudenti u lil hinn. Hi għaqda volontarja li taħdem għaż-żgħażagħ u maż-żgħażagħ u ma’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom ilsienna. Fost il-pubblikazzjonijiet tal-Għaqda nsibu r-rivista annwali Leħen il-Malti, kif ukoll Metamorfosi – ktieb li twieled minn proġett interdixxiplinarju biex ifakkar il-50 mill-mewt ta’ Briffa. Ftit ilu l-Għaqda rebħet Kokka Organizzazzjoni, premju prestiġjuż mogħti mill-Kunsill Studenti Universitarji lill-iktar għaqda li tkun għamlet isem matul dik is-sena.

Fil-programm ta’ din il-ġimgħa, biex tkellimna dwar din l-għaqda, se jkollna lil Leanne Ellul – l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Leanne Ellul fil-programm NWAR, il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr minn qalbi tat-tagħrif dwar il-programm NWAR tal-Ġimgħa li ġej, fejn il-mistiedna ser tkun Leanne Ellul.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s