Il-Malti għall-Barranin- 2 kotba oħra ġodda u CD

Maltese for foreignersWara li sentejn ilu, Charles Daniel Saliba ppubblika s-serje ta’ kotba Malti/Ingliż li ġġib l-isem Maltese for Foreigners, din is-sena kompla jkattarha b’żewġ kotba ġodda bl-isem ta’ More Words in Maltese u Further Words & Expressions in Maltese. More Words in Maltese hu ktieb bilingwi li l-iskop tiegħu hu li jgħallem kliem elementari Malti li niltaqgħu miegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Mill-banda l-oħra Further Words & Expressions in Maltese fih vokabolarju ta’ livell intermedju kif ukoll qwiel u idjomi li nisimgħuhom ta’ spiss. Iż-żewġ kotba huma stampati bil-kulur u fihom eżerċizzji u attivitajiet li jgħallmu l-vokabolarju u frażijiet Maltin b’mod ċikliku filwaqt li jgħinu lill-istudent jiżviluppa aktar il-ħiliet tas-smigħ, tal-fehim, tal-kitba u tal-qari. Saliba aġġorna wkoll is-CD bl-audio files taż-żewġ kotba l-ġodda biex l-istudenti jkunu jistgħu jisimgħu kelliema nattivi jaqraw it-testi jew janimaw id-djalogi. Din is-sena Saliba għadu kemm temm l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Sheffield, fl-Ingilterra, minn fejn kiseb id-dottorat bir-riċerka tiegħu fuq it-tagħlim tal-Malti lill-barranin sponsorjat minn Malta Government Scholarship Scheme Grant. Għal aktar informazzjoni fuq kull ktieb, żur il-websajt www.charlesdanielsaliba.com

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to Il-Malti għall-Barranin- 2 kotba oħra ġodda u CD

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif mibgħut.

    B’ħidmietu, dan il-kittieb żagħżugħ qed ikun ambaxxatur denju ta’ lsienna għażiż fost il-barranin.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s