Prof. Godfrey Wettinger (1929-2015)

ritratt WettIl-ħidma ta’ Godfrey Wettinger hi għażiża għalina għax xandar kemm-il studju fuq ilsienna, u tefa’ dawl fuq l-ewwel kelliema tiegħu meta kiteb il-ġrajja tal-Għarab f’Malta.

Barra minn hekk, studja l-ismijiet tal-inħawi u ġabar 6,000 minnhom. Wera li ħafna kienu ismijiet proprji ta’ kelliema Għarab (bħal Wied GĦOMOR, Ħal TMIEM, Għajn TUFFIEĦA). Studja l-laqmijiet medjevali u l-oriġini tal-kunjomijiet Maltin. Fuq kollox sab il-Kantilena ma’ Patri Mikiel Fsadni u biha fetaħ it-triq għall-istorja tal-ilsien Malti.

Illum għandna qalbna sewda għax tlifna xi ħadd li ddedika ħajtu għar-riċerka.

Godfrey Wettinger twieled il-Mosta fit-22 ta’ Diċembru 1929 u studja l-Liċeo u fil-Kulleġġ ta’ St. Michael’s. Il-karriera professjonali tiegħu bħala għalliem bdiet fl-iskejjel primarji u ssoktaha fil-Junior College. Kiseb BA fl-Istorja mill-Università ta’ Londra fl-1953, u wara l-MA fl-1965, speċjali fl-istudji tiegħu għall-Ph.D. fl-1971.

Beda jgħallem l-Università ta’ Malta fl-1972 fejn aktar tard inħatar Kap tad-Dipartiment tal-Istorja, Professur (1991) u Dekan tal-Fakultà tal-Arti. Għal numru ta’ snin kien membru fis-Senat tal-Università. Għadda perjodi twal imsiefer jirriċerka fl-arkivji, fost oħrajn ta’ Palermo u ta’ Oxford.

Prof. Wettinger kien President tas-Soċjetà Storika Maltija u kien nominat Membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu (MOM) fl-1996.

Fost il-pubblikazzjonijiet tiegħu nsibu Peter Caxaro’s Cantilena – a poem in Medieval Maltese (ma’ Patri Mikiel Fsadni fl-1968), The Jews of Malta in the late Middle Ages, Il-Ġrajja bikrija tal-knisja matriċi ta’ Għawdex 1435-1551, Acta Juratorum et Consilii Civitatis et Insulae Maltae (Palermo, 1993), Place-names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (2000), Kliem Malti Qadim (2006).

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Prof. Godfrey Wettinger (1929-2015)

  1. Mario Griscti says:

    Il-Professur riservat kien bniedem kbir minn ħafn’aspetti u jixraqlu rikonoxximent nazzjonali tabilħaqq.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s