Qoxra Salammbô-page-001“Salammbô ħallet l-imsielet ta’ widnejha, il-ġiżirana, il-brazzuletti, il-libsa twila; ħallet iż-żigarella ta’ ma’ xagħarha, u għal ftit minuti ċaqalqitu fuq spallejha, bil-ħlewwa, biex hi u tferrxu tiffriska lilha nfisha. Id-daqq barra kompla għaddej; kienu tliet noti, dejjem l-istess, mgħaġġlin, furjużi; il-kordi kienu qed iżaqżqu, il-flawt kien qed jonfoħ; Tagħnak kienet qed iżżomm ir-ritmu hi u tħabbat idejha; Salammbô, hi u ċċaqlaq ġisimha kollu ’l hawn u ’l hemm, kienet qed tgħanni t-talb, u l-ilbiesi, waħda wara l-oħra, kienu qed jaqgħu madwarha.

It-tapizzerija tqila triegħdet, u dehret ras il-piton. Niżel bil-mod, donnu qatra ilma tgelgel ma’ ħajt, jitkaxkar bejn il-ħwejjeġ sparpaljati, imbagħad, b’denbu mwaħħal mal-art, refa’ lilu nnifsu dritt dritt; u għajnejh, aktar brillanti mill-karbunkli, żeġġu lejn Salammbô.

Il-biża’ mill-kesħa jew il-mistħija, ġegħelha għall-ewwel teżita. Iżda ftakret l-amar ta’ Xahabarim, u avvanzat; il-piton dawwar lilu nnifsu ’l isfel, u ħalla rasu u denbu jiddendlu, bħal giżirana maqtugħa biż-żewġt itruf tagħha jkaxkru mal-art. Salammbô dawritu madwar ġenbejha, taħt dirgħajha, bejn irkupptejha; imbagħad qabditu mill-ħanek, resqet dan il-ħalq żgħir trijangulari sax-xifer ta’ snienha, u, hi u tbexxaq għajnejha, tefgħet lilha nfisha lura fuq ir-raġġi tal-qamar. Id-dawl abjad deher qed jiksiha bi ċpar tal-fidda, il-forma tal-passi għarqanin tagħha kienet qed tleqq fuq il-pavimenti tal-irħam, kwiekeb kienu qed jitriegħdu fil-qiegħ tal-ilma; issikka magħha ċ-ċrieki suwed ittikkjati tal-qxur ta’ denbu. Salammbô kienet qed tilheġ taħt dan il-piż tqil iżżejjed, ġenbejha kienu qed jitgħawġu, ħassitha qed tmut; u bit-tarf ta’ denbu ta daqqa bil-ħlewwa kollha ma koxxitha; imbagħad id-daqq siket, u reġa’ nqala’ mill-ġdid.”

Għal aktar qari fid-dettall agħfas il-ħolqa t’hawn taħt:

http://pagnawarapagna.blogspot.com/2015/05/salammbo-ta-gustav-flaubert-maqlub-gall.html

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Paul Zahra says:

    Grazzi Joe u l-jum it-tajjeb,
    Tislijiet,
    Paul.

    Date: Thu, 7 May 2015 06:12:22 +0000
    To: classicu@live.be

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s