“Katrina” – ir-rumanz il-ġdid ta’ Lina Brockdorff

Katrina 3dF’lejla kiesħa ta’ nofs Jannar, f’ħalba xita qawwija, Katrina tkun ħierġa mill-Belt u tlebbet biex taqbad karozza tal-linja għal Birkirkara. Idejha nġazzati, lanqas il-flus ma setgħet toħroġ mill-portmoni. Warajha nies jistennew fix-xita barra mill-karozza…

B’dankollu, dakinhar qabel raqdet kitbet hekk fid-djarju tagħha: Din tal-lejla hija esperjenza ġdida, li nittama ma ninsieha qatt …”

X’kien hemm qed jistenna lil Katrina wara dik il-lejla? L-imħabba għandha ħabta tinbet meta l-inqas tkun qed tistennieha. Iżda x’jiġri meta l-imħabba ssib kollox kontriha? Meta saħansitra jkun hemm fin-nofs ġlieda ħarxa għax tidħol il-politika partiġġjana biex tifred il-familji?

Kemm hu veru dak li jgħidu li l-qalb ma tafx b’raġuni għax tirraġuna b’mod stramb u mhux dejjem loġiku? U f’nofs dat-taqlib kollu, xi jsir minn Katrina u mill-maħbub tagħha Philip? Jirnexxilha tibqa’ tiftakar u tgħożż dik il-lejla tax-xita ta’ nofs Jannar?

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s