Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2015

unnamedIl-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw it-tieni edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-5-6-7 ta’ Mejju 2015. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: 09:00 – 15:00 u 19:00 – 21:30. 

Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri Maltin jippromwovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, fosthom studenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun hemm ukoll programm varjat ta’ attivitajiet, bl-għan li l-letteratura nippromovuha fis-sħuħija tagħha, u mhux biss bħala prodott li jinxtara. 

Fost l-attivitajiet, se jkun hemm żewġ intervisti mal-awturi Walid Nabhan u Pierre J. Mejlak, it-tnejn rebbieħa ta’ premji prestiġjużi. Matul it-tlett ijiem tal-Festival, se jkun hemm ukoll dawriet iggwidati mal-Librerijta tal-Università u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra, fosthom għaqdiet studenteski bħall-KSU. Il-programm sħiħ joħroġ fil-jiem li ġejjin.

Il-pubblikaturi u d-distributuri preżenti huma Faraxa Books, Horizons, SKS, u Sierra Book Distributors, u wħud minnhom qed jorganizzaw xi attivitajiet. Ikun hemm ukoll stand tal-organizzaturi, jiġifieri tal-Għaqda tal-Malti – Univeristà u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, minn fejn wieħed ikun jista’ jikseb aktar tagħrif.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2015

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s